Ġie iffirmat memorandum of understanding bejn il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru tal-Kambodja, rigward addozzjonijiet minn dan il-pajjiż.
Bħalissa addozzjonijiet mill-Kambodja ma jistgħux jiġu fis-seħħ hawn Malta, iżda se jkomplu jsiru diskussjonijiet bejn illum u għada, sabiex il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi titjieb u eventwalment twassal għall-addozzjoni.
L-għan aħħari hu li l-ħarsien ta’ dawk li se jkunu addottati.