Waqt il-Festa tas-Sena l-oħra l-Poplu Mosti ngħata sorpriża hekk kif l-Arċipriet tal-Paroċċa kien talab lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jingħata t-titlu ta’ Bażilika lill-Knisja tal-Mosta, li minn naħa tiegħu laqgħa din it-talba. Madankollu t-triq biex jingħata dan it-titlu hija waħda twila u fost l-ewwel affarijiet ried li jitħejja dokument estensiv li jirrakonta l-istorja ta’ din il-Parroċċa.
Waqt il-quddiesa pontifikali ta’ Jum l-Assunta fil-Mosta mistenni jkun ippreżentat dokument lill-Arċisqof Charles Scicluna bir-raġunijiet għaliex ir-Rotunda tal-Mosta għandha ssir bażilika.
L-Arċipriet tal-Mosta, Dun Albert Buhagiar, fisser kif kienet sena ħidma bil-għan li kollox ikun imħejji b’mod li ma jiddiżappuntax lill-Mostin. Issa kollox se jkun f’idejn l-Arċisqof.