Iċ-ċans li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jilħqu ftehim dwar Brexit kiber mhux ħażin fl-aħħar jiem.
F’kummenti li ta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li l-ftehim mistenni jintlaħaq f’Novembru, filwaqt li l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-ftehim hu possibbli li jintlaħaq sal-aħħar tas-sena.
Qabel magħhom il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ingliż Sir Alan Duncan li ukoll wera l-ottimiżmu tiegħu li l-ftehim jista’ jintlaħaq fil-ġimgħat li ġejjin.
Id-diskussjonijiet dwar għadd ta’ kwistjonijiet għadhom għaddejjin u jidher li mexjin ġmielhom, għalkemm qed jiġi eskluż li l-qbil jintlaħaq sa ftit inqas minn ġimgħatejn oħra għall-Kunsill Ewropew.
Ir-Renju Unit mistenni joħroġ mill-Unjoni Ewropea fid-disgħa u għoxrin ta’ Marzu tas-sena ddieħla.