Transport Malta applikat biex tieħu ħsieb ir-rinovar tal-breakwater ta’ Delimara u l-kostruzzjoni tal-breakwater fil-qrejten, Marsaxlokk.
Dan ħabbru s-segretarju parlamentari għall-fondi ewropej, Ian Borg li spjega kif il-Ġimgħa l-awtorita’ tal-ġestjoni irċiviet l-applikazzjoni mingħand Transport Malta li qed tapplika taħt il-fond marittimu u tas-sajd 2014-2020.
L-għan ta’ dan il-proġett, spjega Ian Borg huwa li jitjiebu d-difiżi kostali fil-bajja ta’ Marsaxlokk u jkun ipprovdut xelter għad-dgħajjes li jkunu qed joperaw fil-port. Mhux biss, iżda titjieb ukoll is-sigurta’ tas-sajjieda u l-kundizzjonijiet ta’ xogħolhom.
Dan filwaqt li elenka kif iż-żewġ proposti ser ikunu evalwati minn kumitat indipendenti għas-selezzjonijiet tal-proġetti b’massimu ta’ seba’ miljun ewro ser ikunu qed jiġu ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea skont kif kien approvat fil-programm operattiv tal-fond ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd f’Malta.