Malta tinsab pass eqreb biex timplimenta b’mod sħiħ il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Pass li jkompli jibni fuq l-isforzi li għamel il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur tul dawn l-aħħar snin.
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet, “Malta issa qiegħda twettaq u toħloq dan il-bord li jismu Engage li ser ikun il-pjattaforma fejn meta jkun hemm deċiżjonijiet li jikkonċernaw persuni b’diżabilità se jkunu jiddiskutu propju f’din il-pjattaforma. Hija wegħda elettorali li qed tkun imwettqa’ wkoll u nħarsu ’l quddiem biex jitella’ aktar xogħol fi ħdan dan il-forum.”
Iċ-Chairperson tal-bord ENGAGE, Jacob Callus spejga l-għan ta’ dan il-bord.
Huwa qal, “Engage se tkun entità Ii permezz tagħha ħa naraw li l-Gvern Malti jkun il-garanzija li jkollu bżonn josserva l-konvenzjoni tal-persuni b’diżabilità tal-Ġnus Magħquda, li hemm il-garanzija li d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u l-persuni b’diżabilità huma fiċ-ċentru tal-politika tagħna u d-deċiżjonijiet ħa jittieħdu bil-kunsens tagħhom.”
Ir-rappreżentanti b’diżabilità fuq dan il-forum, inkluż iċ-Chairperson, jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-membri, u jiġu minn faxex differenti tas-settur.
Stqarret, “Jiena bħala rappreżentanta tal-Umbrella Organisation tad-diżabilità, li fi ħdana hemm 37 għaqda volontarja li lkoll naħdmu għal u mal-persuni b’diżabilità, se nkunu qed niddiskutu, se nkunu fuq l-istess mejda fejn se jittieħdu d-deċiżjonijiet li jolqtuna.”