L-ugwaljanza fil-qasam politiku f’pajjiżna illum tinsab pass eqreb.
Dan hekk kif ftit tas-sigħat ilu ġiet konkluża d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ ir-rappreżentanza Parlamentari ugwali.
Dan ifisser li b’hekk issa dan l-abbozz għadda mill-istadju ta’ kumitat parlamentari.
Issa jmiss li jkompli t-tielet qari ta’ dan l-abbozz sabiex fi ftit ġimgħat oħra jsir liġi.
Dan ifisser li mill-elezzjoni li jmiss is-sess l-inqas rappreżentat fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż se jkollu kważi rappreżentanża ugwali daqs is-sess l-ieħor.