Fil-Parlament id-dritt tal avukat waqt l-arrrest għadda unanimament mit-tieni qari u anke minn stadju ta’ kumitat.
Permezz tiegħu, persuna arrestata jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest u persuna suspettata tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat ikun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.
Dan qed ikun propost f’abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ id-dritt ta’aċċess għal avukat privat fl-iktar mumenti fejn persuna tkun vulnerabbli.
L-abbozz ta’ liġi tressaq mill-Ministru Owen Bonnici bil-għan li tiġi implimentata direttiva Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat f’proċeduri kriminali u f’dawk ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.
Uħud mill-provizjonijiet diġa’ huma parti mill-liġi Maltija iżda permezz ta’ dan l-abbozz ta’ liġi ġdid, se jkunu qegħdin jissaħħu.