Illum, f’livell ta’ kumitat Parlamentari, il-Ministru Owen Bonniċi se jressaq emeda għal dik il-parti tal-Kodiċi Kriminali li taħtha l-għalliema Dorianne Camilleri ntbagħtet ħames snin ħabs. Hija nstabet ħatja li b’mod involontarju qatlet raġel u darbet lil oħtu f’disgrazzja tat-traffiku fl-2011.
Kif inhu l-Kodiċi Kriminali llum, min joqtol persuna u jweġġa’ oħra jeħel tal-inqas ħames snin ħabs. Il-magistrat m’għandu ebda mod biex jibdel dik is-sentenza f’waħda sospiża. L-emenda se tipprovdi li jkun il-Magistrat li jirregola ruħu u jiddeċiedi x’sentenza jagħti. Dan meta l-każ ta’ Dorianne Camilleri għadu fi stadju t’appell.