Wara lis-Supporters Club tat-tim tal-Premier League Floriana FC ħabbru fuq il-mezzi soċjali li l-ġabra li ssir fl-istadium qabel il-logħba kontra Qormi FC se tmur b’risq il-familja ta’ supporter ċkejken Furjaniż Kane Debattista, kienu bosta dawk is-supporters ta’ timijiet oħra tal-futbol lokali li qed iħeġġu lit-tim li jappoġġjaw biex huma wkoll jagħtu l-għajnuna lil dan it-tfajjel ċkejken.Fost it-timijiet li laqgħu din is-sejħa hemm it-tim tal-Premier League wkoll, Ħamrun Spartans FC, li ħabbar fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook li waqt il-partita ta’ għada kontra Mosta, se ssir ġabra wkoll biex iċ-ċkejken Kane u l-familja tiegħu, jingħataw l-għajnuna biex dan it-tifel jingħata l-lura kollha meħtieġa.
Il-familja tat-tifel tirringrazzja lill-partitarji u ammiraturi kollha tal-futbol Malti, tal-ġenerożità u s-solidarjetà li qed juru magħhom.
#UnitedforKane