Partitarji tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia preżentaw żewġ petizzjonijiet sabiex Adrian Delia jibqa fil-kariga tal-Partit Nazzjonalista. Huma ġabru petizzjoni b’530 firma mill-kunsilliera u petizzjoni oħra b’4330 firma mit-tesserati Nazzjonalisti. Adrian Delia qabbad lill-Kunsillier tar-rabat Karl Muscat u l-preżentatrici u Kunsilliera Louise Tedesco biex jippreżentawha.
Fil-petizzjoni li ppreżentaw qed jippuntaw subgħajhom lejn id-deputati tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Qalu li dawn id-deputati m’ aċċetawx lil Adrian Delia bħal Kap u bl-imġieba tagħhom waslu sabiex il-Partit Nazzjonalista jkollu riżultat ħażin fl-elezzjonijiet ta’ Mejju. Id-diskuzzjoni se ssir ghada fl-Eżekuttiv.
Il-Ġimgħa li għaddiet il-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil preżentat petizzjoni b’200 firma tal-kunsilliera sabiex jitlaqa’ l-Kunsill Ġenerali u titressaq mozzjoni biex jittieħed vot ta’ fiduċja fil-kap Adrian Delia