F’kesħa xxoqq l-għadam, tmien timijiet ipparteċipaw f’turnew tal-football fil-grawnd ta’ San Alwiġi. Turnew li sar b’risq id-Dar tal-Providenza.
Fost it-timijiet parteċipi kien hemm dak tal-politiċi, dak tas-saċerdoti, dak tal-Awtoritá Maltija tat-Turiżmu u tal-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paule.
Il-logħob beda għal ħabta tat-tlieta u nofs tal-Ħamis wara nofsinhar, permezz tal-Vigarju Ġenerali Monsinjur Joe Galea Curmi, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u ż-żewġ Whips taż-żewġ naħat tal-kamra Godfrey Farrugia u David Agius.