Fl-indirizz tiegħu fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem ukoll dwar l-ekonomija tal-pajjiż.
Hawnhekk saħaq fuq il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija u kritika l-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni sejjaħ dan il-bilanċ tant importanti bħala wieħed perikoluż.
Dr. Abela saħaq li minflok awsterità, il-Gvern wieġeb b’politika ekonomika progressiva.
Saħaq li huwa jmexxi moviment tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.
Il-Prim Ministru wieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni jekk qabel l-elfejn u tlettax, il-Maltin kinux aħjar.
Dr. Abela qal kif il-Gvern mhux budget wieħed għamel iżda erba’, b’pakketti li kienu ta’ spalla għan-negozji u l-ħaddiema.
Semma wkoll il-miżura tal-posponiment fil-ħlas tat-taxxa.
F’diskors ċar, il-Prim Ministru elenka għal numru ta’ miżuri ekonomiċi li taw stimulu fosthom anki l-għajnuna fil-ħlas tal-pagi, magħrufa bħala Covid Wage Supplement.
Qal ma’ dan il-Gvern taf fejn qiegħed u li hu mhu se jħalli l-ebda negozju jogħdos jew impjiegi jintilfu.