Illum kellna konferma oħra li Bernard Grech ma jistax jiċċaqlaq. Maqbud għal kollok mill-faxxa estremista tal-PN li hi biss, u ħaddieħor, fil-PN, ma jiddeċiedi min għandu jirriżenzja u min m’għandux, min għandu jitkeċċa, u min m’għandux.
Dan intqal mill-Partit Laburista fi stqarrija fejn innota li f’każijiet oħrajn, ferm anqas gravi minn dan il-każ fejn, allegatament, persuna, b’parentela ma’ eks Kummissarju tal-Pulizija, li huwa wkoll rappreżentant tal-PN fuq il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni, għadda informazzjoni sensittiva lill-kriminali, tal-PN, immexxiha mill-faxxa estremista tagħhom, talbu għar-riżenji ta’ persuni minħabba azzjoni minn parentela/i tagħhom, imbagħad kissruhom, biċċruhom, farrkuhom u qerdu familji u individwi – għax ma kienux minn ta’ ġewwa magħhom.
“Dan huwa l-Partit Nazzjonalista: Double standards. Il-Pulizija jriduh wara bieb ħaddiehor. Dak li jgħodd għal ħaddiehor, ma jgħoddx għalihom. Iħossuhom superjuri fuq kulħadd” kompla jgħid il-Partit Laburista.
“Bernard Grech, ineffettiv, jiżfen skont id-diska li jdoqqulu u l-ħabel li jigbdulu. Pupazz tal-klikka. Ineffettiv. Paroli biss” temm jgħid il-Partit Laburista.