Partijiet mill-binja tal-Parlament, fosthom il-pontijiet li jgħaqqdu ż-żewġ naħat, mhux se jibqgħu aċċessibbli minħabba periklu imminenti li jirriżulta minn nuqqasijiet fil-fażi tal-kostruzzjoni.

Fil-bidu tas-seduta tal-lum, l-Ispeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kamra li, fl-aħħar ġranet, intalbu jsiru spezzjonijiet minn perit fuq partijiet tal-binja. Il-Parlament kien inawgurat għaxar snin ilu wara li l-proġett kien ikkummissjonat mill-aħħar Gvern Nazzjonalista lill-Perit ta’ fama internazzjonali Renzo Piano.
Isma’ x’qal Dr Farrugia f’dan ir-rigward …