Lesta parti oħra mill-proġett ta’ Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex.
Ħabbret dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fuq il-paġna tagħha, fejn qalet kif dan sar sabiex ma jkun hemm l-ebda periklu jew inkonvenjent għall-ġenituri jew l-istudenti.
Il-Ministru Caruana żiedet tgħid kif din il-biċċa tlestiet fil-ħin eżatt ta’ bidu ta’ sena skolastika oħra, hekk kif f’dawn l-inħawi hemm diversi skejjel tal-istat u tal-knisja.