L-Enemalta qed tavża lill-pubbliku li minħabba xogħlijiet ta’ emerġenza fuq cable tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli, parti minn Triq l-Imrieħel li tagħti lejn il-grawnd tal-Infetti, se tkun magħluqa għat-traffiku minn dalgħodu sa għada is-Sibt 31 ta’ Lulju, fis-6:00am, sakemm jitlestew it-tiswijiet neċessarji.
Għaldaqstant, l-Enemalta qed titlob lis-sewwieqa biex ġentilment jgħaddu minn triq alternattiva viċin Triq B. Bontadini.
L-Enemalta sostniet li dawn ix-xogħlijiet huma essenzjali sabiex jassiguraw l-istabbiltà tal-provvista tal-elettriku wara ħsarat li żviluppaw f’cable taħt l-art.
Hija rringrazzjat lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu u skużat ruħha għal kull inkonvenjent.