Parti mill-ajruport ta’ Frankfurt fil-Ġermanja ġie evakwat wara li familja Franċiża ta’ erbgħa għaddiet miż-żona tas-sigurta’ mingħajr ma saru l-kontrolli tas-sigurtà fuqha.
Numru ta’ titjiriet li kienu se jitilqu twaqqfu minnufih sakemm ġiet ikkontrollata s-sitwazzjoni.
Minnufih wara l-parti magħluqa tal-ajruport reġgħet infetħet u t-titjiriet komplew b’mod normali.
Hu mifhum li numru ta’ titjiriet ittardjaw hekk kif dan l-ajruport huwa wieħed mill-aktar ajruporti maħnuqa bin-nies, speċjalment issa fl-istaġun tas-Sajf.