L-atleti malti temmew l-impeni tagħhom fl-iSpecial Olympics World Games bir-rebħ ta’ tliet midalji oħra: wahda deheb u tnejn bronż.
Żewġ midalji waslu miċ-Ċikliżmu 10K Road Race. Gareth Borġ rebaġ il-midalja tad-deheb filwaqt li Sasha Cini rebħet il-bronż. Ta’ nota li għal Gareth Borġ dik tal-lum kienet it-tielet midalja tad-deheb personali mirbuħa waqt dawn il-logħob.
Aktar kmieni Jake Gatt rebaħ il-midalja tal-bronż fl-Atletika 400m sprint. Gatt spiċċa t-tielet b’ħin ta’ 1 minuta 09.5 sekondi.
B’hekk intemmet bil-kbir l-avventura ta’ Team Malta fl-iSpecial Olympics World Games f’Berlin.
Parteċipazzjoni li kienet waħda ta’ suċċess bir-rebħ ta’ 32 midalja: 16 deheb, 11 fidda u 5 bronż. Il-midalji waslu mid-dixxiplini tal-Bocce, Atletika, Bowling, Ċikliżmu, Golf, Għawm u Table Tennis.
Ritratti: Matthias Brancaleone