150 atleta ta’ kull eta’ u livell ħadu sehem fin-National Karate League organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate il-Ħadd 2 ta’ April fil-Kulleġġ San Alwiġi Birkirkara.
L-atleti kienu ġejjin minn seba’ klabbs affiljati mal-Federazzjoni tal-Karate u ħadu sehem fi 53 kategorija: 20 tal-Kumite u 33 Kata.
F’dan l-avveniment intużat ghall-ewwel darba s-sitema ġdida ta’ skor għall-Kata.
Is-sitema l-ġdida hija konformi mal-linja tal-Federazzjoni Dinjija tal-Karate u l-judges taw il-punti skond it-teknika, is-saħħa u l-preċiżjoni.
Id-direttur tekniku tal-MKF Jesmond Schembri ikkummenta b’mod pożittiv dwar il-livell tekniku u l-ispirtu sportiv li wrew l-atleti parteċipanti. Kliem ta’ tifħir ukoll għar-referees kollha.
Dan in-National League serva bħala bħala opportunita’ sabiex jiġi identifikat il-potenzjal tal-atleti l-ġodda u anke sabiex jippreparaw lill-atleti stabiliti għall-WKF Youth League li se jsir il-Kroazja.
Ta’ nota il-para-atleta Nick Mercieca, li flimkien ma’ Emma Mizzi u Kaya Sultana Valentine, kellhom livell għoli ta’ Kata fix-Shotokan Karate.
Il-president tal-Federazzjoni Maltija tal-Karate Kenneth Abela irringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem u anke lil Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti tal-għajnuna tagħhom sabiex jiġi organizzat dan l-avveniment hekk importanti.