Hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin diversi studenti se jkunu qed jagħmlu l-eżamijiet tagħhom b’mod online, f’54 paroċċa f’Malta se joffru spazju lill-istudenti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet tagħhom.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Kurja ta’ Malta, fejn intqal li numru ta’ kappillani qegħdin joffru wkoll is-servizz ta’ Wi-Fi li għandhom fil-bini tal-paroċċa għal dawn l-istudenti. Fost dawn l-ispazji offruti jinkludu uffiċji, ċentri parrokkjali u klassijiet tad-duttrina.
Il-Kurja qalet li din l-inizjattiva se tkun qed tgħin lill-istudenti li minħabba diversi ċirkustanzi fid-dar jew fil-familja ma jkunx possibli għalihom li joqogħdu għall-eżami f’post għall-kwiet. Din l-inizjattiva qed issir minħabba l-iskejjel madwar Malta u Għawdex jinsabu magħluqa minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Wieħed jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz billi jikkutattjaw il-kappilla tal-paroċċa tagħhom jew jibagħtu email fuq segretarjat.parrocci@maltadiocese.org.