Il-Kap tal-Oppożizjoni falz għax jgħid ħafna kliem, iżda provi xejn. Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija.
Il-PL qal li għal darb’oħra Simon Busuttil reġa’ ma preżentax prova waħda fuq l-allegazzjonijiet tiegħu u ta’ seħbitu Daphne Caruana Galizija minkejja l-isfida tal-Prim Ministru.
Kap tal-Oppożizzjoni li jintrabat ma’ gideb ta’ blogger li anke għajret bil-mard lil-Viċi Kap tiegħu stess, ma tistax tafdah.
L-istqarrija sostniet li d-differenza hi li llum Joseph Muscat tkellem b’serenità fuq il-verità, diskors ta’ viżjoni ‘l quddiem, bir-riżultati f’idejh li qed iġib dan il-pajjiż.
Temmet tgħid li min-naħa l-oħra Simon Busuttil ikun negativ għax m’ghandux pjan u ideat għall-futur tal-pajjiż u lanqas għall-partit tiegħu stess, jitfa’ t-tajn.