Dak li kien parkeġġ ħdejn il-Knisja Parrokkjali issa se jinbidel f’żona pedonali biex jitgawda mill-pubbliku. Dan qed isir b’investiment ta’ €850,000 u x-xogħol mistenni jkun lest f’Ġunju li ġej.
Dan il-proġett se jinkludi disinn u installazzjoni ta’ pavimentar ġdid, tisbiħ taż-żona msemmija, installazzjoni ta’ dawl ġdid u anke bankijiet ġodda.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li preżenti għaliha kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, u l-Ministru għall-Infrastruttura, Chris Bonett.
Il-Ministru Bartolo ddikjara li dan hu proġett kapitali ieħor li, permezz tiegħu, pajjiżna qiegħed ikompli jaġġorna l-prodott turistiku tiegħu.
Il-Ministru Bonett sostna li proġetti bħal dawn se jibqgħu jingħataw il-prijorità, għax minnhom dejjem tgawdi l-komunità.
Preżenti wkoll kien hemm is-Sindku tar-Rabat, Sandro Craus.