Gzira U. u Melita temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 2-2.
Melita fetħu l-iskor wara biss sitt minuti meta minn freekick ta’ Martinez, Motta xellef il-ballun bir-ras u tefa’ ġewwa.
Gzira wieġbu fis-17-il minuta meta Lucas Macula kellu x-xutt tiegħu jiġi salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Melita, Lubik. Fit-32 minuta Aldama għall-Maroons mil-lemin għadda tajjeb lejn Macula iżda dan ma mexxilux jilħaq il-ballun.
Melita wieġbu man-nofsiegħa logħob meta minn kontrattakk veloċi Bondin għadda tajjeb lejn Sanchez iżda l-goalkeeper Taljan tal-Maroons Mangano ħareġ mil-lasti u antiċipa lil kulħadd.
Ħames minuti wara Lubik interċetta tajjeb fuq Thiago Espindola.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Andre Penha da Costa għal Melita għadda tajjeb lejn Sanchez li waħdu quddiem Mangano ma ħafirx, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Fid-49 minuta Gzira kienu perikolużi meta xutt ta’ Macula ġie imblukkat minn Motta qabel intemm ġewwa.
Huma komplew fuq l-offensiva u fl-54 minuta, Disic daħal tajjeb fil-kaxxa u wiċċ imb’wiċċ ma’ Lubik tefa’ ġewwa.
Fil-65 minuta, Melita kienu perikolużi wara li minn corner Motta għola tajjeb u kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb minn Mangano.
Fit-72 minuta, Gżira United ġabu l-iskor indaqs meta Aldama tefa’ cross fil-baxx u Luis Carlos Riascos kien pront u tefa’ ġewwa.
Minuta qabel tmiem il-ħin regolamentari, Melita spiċċaw jilagħbu b’għaxar players wara li Barone waqqa’ lil Aldama biex spiċċa rċieva karta ħamra diretta. Fil-ħin miżjud il-Maroons sfaw jilagħbu wkoll b’10 players meta tkeċċa għalihom Disic.
Referee: Malcolm Spiteri
Player tal-Logħba: Henrique Motta (M)