Il-Kabinett tal-Ministri llum iddeċieda li jagħti parir lill-President tar-Repubblika biex ma jilqax it-talba ta’ Yorgen Fenech biex tkun irtirata l-maħfra presidenzjali mogħtija lil Melvin Theuma bi proklama, li kienet inħarġet f’Novembru tal-elfejn u dsatax.
Fi stqarrija mill-Gvern ta’ Malta ġie spjegat kif il-Kabinett tal-Ministri ta dan il-parir wara li ħa konjizzjoni tal-istess talba u fuq pariri tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Melvin Theuma kien ingħata l-maħfra Presidenzjali biex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u reati oħra li kien involut fihom.
Din il-maħfra kienet soġġetta għal numru ta’ kundizzjonijiet, biex tkun tista’ toħroġ il-verità fl-investigazzjonijiet u fil-Qorti.