Il-belt kapitali Franċiża, Pariġi, qed tara konġestjonijiet enormi kif ukoll folol ta’ nies kbar jistennew fil-postijiet tal-metro, hekk kif ħaddiema tat-trasport qed jistrakjaw kontra r-riforma ppjanata dwar il-pensjonijiet.
Bħalissa għaxar linji minn sittax tal-metro mhumiex qed jaħdmu filwaqt li l-kumplament għandhom servizz imħarbat. Bosta ħaddiema Franċiżi għażlu li jmorru x-xogħol bir-rota jew bil-mixi, filwaqt li oħrajn iddeċiedew li jibqgħu d-dar. Kumpaniji tat-trasport, fosthom Uber, offrew servizzi fuq roti eletriċi u scooters b’xejn.
Dan l-istrajk li huwa l-akbar wieħed li sar mis-sena 2007 ‘il hawn, huwa dwr il-pjan tal-President Franċiż Emanuel Macron dwar it-tibdil li jrid iwettaq fil-pensjonijiet. Il-pjan biex tinbidel il-pensjoni għal diversi profesjonisti. Profesjonisti oħra fosthom avukati, ħaddiema tal-ajru u ħaddiema fis-settur tas-saħħa talbu għal aktar strajks li jibdew mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.