L-għawwiema Sasha Gatt kienet it-tielet atleta maltija li daħlet fl-azzjoni fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi hekk kif it-Tlieta filgħodu ħadet sehem fil-heats tal-1,500m fresstyle. Din hi l-itwal distanza mill-kompetizzjonijiet kollha tal-għawm.
Gatt ħadet sehem fl-ewwel heat flimien ma’ żewġ għawwiema oħra: Ching Hwee Gan (Singapore) u Kristel Kobrich (Chile).
L-għawwiema maltija spiċċat it-tielet minn daqstant kompetituri f’ħin ta’ ftit aktar minn 17-il minuta. Ir-rebbieħa kienet Ching Hwee Gan.
Il-ħin ta’ Sasha Gatt f’din il-heat kien ta’ 17:00.54 , filwaqt li aħjar ħin tagħha (li hu wkoll rekord nazzjonali) huwa ta’ 16:38.75 u li kienet waqqfet f’Lulju tas-sena 2021.
Għawwiem ieħor malti li għad irid jikkompeti f’Pariġi hu Kyle Micallef u s ejkun qed jagħmel dan nhar il-Ħamis li ġej fl-10am fil-heats tal-100 metru freestyle.
(Photo Credit: Sarah Stier/Getty Images)