L-għawwiem Kyle Micallef kien ftit ‘il bogħod milli jikser ir-rekord nazzjonali malti tal-50 metru freestyle hekk kif il-Ħamis filgħodu ħa sehem fil-heats tal-kompetizzjoni tal-irġiel fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi.
Micallef ħa sehem f’heat numru 5 flimkien ma’ seba’ għawwiema oħra. Wara bidu tajjeb, huwa temm fit-tieni post f’ħin ta’ 22.89 sekondi.
Il-malti kien 0.09 sekondi ‘ l bogħod mir-rekord nazzjonali tiegħu stess u li kien waqqaf f’Lulju ta’ din is-sena.
Minkejja l-prestazzjoni tajba, Kyle Micallef ma rnexxielux jgħaddi għas-semifinali tal-heats biex b’hekk l-impenji tiegħu f’Pariġi intemmu llum.
(Photo Credit: Maddie Meyer/Getty Images)