Fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi llum daħal fl-azzjoni it-tieni atleta malti, t-tiratur Gianluca Chetcuti.
Chetcuti ħa sehem fil-kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni Trap tal-irġiel fix-Chateauroux Shooting Centre. Kwalifikazzjoni li ssir fuq total 125plattina. Illum saru l-ewwel tliet rounds fuq 75 plattina filwaqt li għada jsiru ż-żewġ rounds l-oħra.
Chetcuti beda tajjeb ħafna hekk kif fl-ewwel round laqat 24 minn 25 plattina. Fit-tieni round, Chetcuti laqat 22 minn 25 plattina filwaqt li fit-tielet round laqat 23 minn 25 plattina, għal total ta’ 69 plattina minn 75.
Fl-ewwel post hemm l-iżvediż Rickard Levin-Andersson u l-awstraljan James Wilett b’total ta’ 74 plattina.
Il-kwalifikazzjoni tkompli għada bir-raba’ u l-ħames round bl-aħjar sitt tiraturi jgħaddu għall-finali dejjem għada wara nofs-in nhar.
Dawn huma r-riżultati wara l-ewwel ġurnata ta’ kwalifikazzjoni:
https://olympics.com/en/paris-2024/results/shooting/trap-men/qual——–