Il-boxer taljana Angela Carini irtirat mill-ġlieda kontra l-boxer alġerina Imane Khelif wara 46 sekonda mill-bidu tal-istess ġlieda. Carini ġiet innokjata darbtejn minn Khelif fil-preliminari tal-kategorija 66kg tal-Boxing tan-Nisa waqt il-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi. L-alġerina ġiet dikjarata rebbieħa.
Ġlieda li kienet f’nofs kontroversja hekk kif fil-ġranet li għaddew ħarġu aħbarijiet dwar kif Imane Khelif kienet ġiet skwalifikata mill-Kampjonat tad-Dinja tas-sena l-oħra wara li ma għaddietx minn test tal-ġeneru.
Fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Boxing is-sena l-oħra, il-boxer alġerina ma kenitx laħqet ir-rekwiżiti tal-International Boxing Association (IBA) hekk kif irriżultaw livelli għoljin ta’ testoterone. Minkejja dan hija tħalliet tikompeti fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi.
F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem il-ġlieda t-taljana Carini qalet li d-daqqiet ta’ Khelif kienu wisq b’saħħithom u ħasset li l-aħjar għażla għaliha kienet li tirtira.
(Photo Credit: Mohd Rasfan / AFP)