Illum intemmu l-impenji tal-atleti maltin fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi hekk kif Beppe Grillo kien l-aħħar atleta min Team Malta li daħal fl-azzjoni.
Grillo ħa sehem fil-preliminari numru 6 tal-100 metru tal-irġiel flimkien ma’ seba’ atleti oħra. L-atleta malti ġera f’ħin ta’ 10.69 sekondi u spiċċa fil-ħames post. Ħin li kien 0.46 sekondi inqas mir-rekord nazzjonali li kien waqqaf huwa stess f’Mejju li għadda. Grillo ma rnexxielux li javvanza għar-round li jmiss.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
(Photo Credit: Christian Petersen/ Kirill Kudryavtsev /AFP via Getty Images)