Bħalissa, fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, għaddejja parata li qed tikkommemora il-50 sena anniversarju tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Din il-parata qed tara s-sehem ta’ aktar minn 150 membru tal-AFM, fosthom dawk tat-taqsima tal-ajru, tal-baħar u anke tal-art.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-arranġamenti mużikali li saru, saru kollha minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Dawn għamlu wkoll formazzjoni bl-ittri, AFM u n-numru ħamsin.
Preżenti għal din il-parata hawn ukoll il-President tar-Repubblika ta’ Malta, George Vella u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Byron Camilleri.