Kull min daħal il-Belt, il-Ġimgħa filgħodu ra preżenza ta’ pulizija iżda mhux għal xi operazzjoni sensittiva iżda għaliex il-korp kien qed jiċċelebra l-mitejn u sitt anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’parata mill-isbaħ.
Il-parata bdiet mid-daħla tal-kapitali u spiċċat quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Hemm hekk saret spezzjoni tal-gwardja tal-unur tal-korp tal-pulizija mill-President ta’ Malta George Vella.
Din kienet l-ewwel ċerimonja tal-anniversarju tat-twaqqif għal Angelo Gafà bħala Kummissarju tal-Pulizija.
Iċ-ċerimonja kompliet b’quddiesa ċċelebrata minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna.
Fl-omelija tiegħu huwa saħaq dwar is-servizz li jagħtu b’tant dedikazzjoni l-pulizija.
Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri.