Ritratt li għad ikun storiku meta attwalment il-Knisja Kattolika għandha fil-preżent żewġ Papiet ħajjin fl-istess żmien.
Propju llum 16 ta’ April, Papa Emeritus Benedittu XVI għalaq 92 sena u l-Papa Franġisku għamillu żjara biex iwassal l-awguri tiegħu.
Papa Benedittu għalkemm forsi wieħed jaħseb li ma jitqiesx daqshekk popolari anke minħabba l-fatt li ġie wara l-Papa tant maħbub Ġwanni Pawlu t-Tieni, kien importanti fl-iżvilupp tal-Knisja Kattolika fejn kien hu li affaċċja l-każi ta’ nies li batew sesswalment minn membri tal-Knisja.
Kien hu l-Papa li beda l-beatifkazzjoni ta’ Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni kif ukoll kien il-Papa li ddikjara lil San Ġorġ Preca qaddis nhar it-3 ta’ Ġunju 2007 fil-pjazza tal-Vatikan.