Il-Papa Franġisku ngħata l-Premju Charlemagne għas-servizz tiegħu lejn Ewropa magħquda.
Quddiem udjenza mdaqqsa, li fosthom kien hemm il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Papa saħaq li huwa joħlom li jara l-Ewropa bħala post fejn wieħed ikun immigrant ma tkunx xi ħaġa ta’ skrutinju, u li l-Ewropa tibqa’ tippromovi u tipproteġi d-drittijiet ta’ kull individwu, irrelevanti minn fejn hu ġej.
Diskorsu kien eku ukoll għad-diskors famuż ta’ Martin Luther King fejn offra viżjoni ta’ kontinent li jiġġieled għas-sigurtà ta’niesu.
Il-Papa fakkar ukoll kif l-Ewropa tinsab fi kriżi ta’ biża ta’ terroriżmu u immigrazzjoni. Huwa appella lill-Ewropej kollha biex jiftakkru fil-passatt diffiċli tal-kontinent, meta jaraw quddiemhom istwazzjonijiet li jheddu l-għaqda Ewropea.