L-Erbgħa filgħaxija, l-uffiċċju stampa tas-Santa Sede fil-Vatikan, ħarġu l-aħħar aġġornament dwar il-kundizzjoni ta’ saħħet il-Papa Franġisku.
L-istqarrija qalet li kien ikkonfermat li l-kundizzjoni klinika tal-Mexxej tal-Knisja Kattolika, baqet titjib u għalhekk kien deċiż li l-assistenza ta’ ventilazzjoni mekkanizzata mhux invażiva tiġi sospiża u anke jitnaqqas l-użu ta’ terapija bl-ossiġnu.
It-tobba tal-Papa ddikjaraw li l-infezzjoni tal-pulmun kienet qegħda taħt kontroll għalkemm għadha mhux eliminata u l-valuri tal-analiżi kliniċi jinsabu fir-reġjun tan-normalità u b’temperaturi normali.
Huwa qatta’ ġurnata oħra jirċievi trattamenti, jitlob u jagħmel xi xogħol fejn anke kkonċelebra fil-quddies tas-solennità tal-festa ta’ San Ġużepp.
Għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar min se jkun qed jippresiedi l-liturġiji tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Peress li l-qagħda tal-Papa hija waħda stabbli mhux mistenni li joħroġ aġġornament mediku ieħor qabel il-ġimgħa d-dieħla bi ftit informazzjoni għall-ġurnalisti għada l-Ġimgħa u nhar it-Tnejn.