Papa Franġisku jinsab l-isptar Gemelli f’Ruma, hekk kif l-Erbgħa wara nofshinar mistenni jagħmel operazzjoni tal-ftuq.
Il-midja Taljana qed tirraporta kif il-Papa, fl-età ta’ 86 sena, se jkun qed iqatta’ bosta jiem fl-isptar anke sabiex jirkupra mill-operazzjoni.
Il-kelliem għall-Vatikan qal kif il-kundizzjoni li kellu kienet qed tikkawżalu uġiegħ kbir u li s-sintomi kienu sejrin għall-agħar.
Fl-aħħar xhur saħħet il-Papa bdiet sejra lura, saħansitra anke beda juża s-siġġu tar-roti u ddaħħal l-isptar għal aktar minn darba.