Il-Papa Franġisku, mingħajr mistenni, żar Pjazza San Pietru eżatt wara li ntemmet iċ-ċelebrazzjoni tal-quddies għal Ħadd il-Palm li, fl-assenza tiegħu, kienet ikkonċelebrata mill-Kardinal Leonardo Sandri.
Matul iż-żjara, li damet madwar 10 minuti, l-Papa sellem lill-folla u ta l-awguri għal Ħadd il-Palm u l-Ġimgħa Mqaddsa.
Wara l-awguri tiegħu, il-Papa reġa’ daħal lura fil-Bażilika ta’ San Pietru fejn waqaf għal ftit minuti biex jitlob quddiem il-qabar ta’ San Pietru kif ukoll dak ta’ San Piju X u l-monument iddedikat lil Benedettu XV.