Fil-quddiesa solenni fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, il-Qdusija tiegħu Papa Franġisku sellem il-memorja tal-Papa Emeritu Benedittu XVI li miet fl-età ta’ 95 sena.
Intant wara l-quddiesa solenni, il-Papa Franġisku huwa talab lil Marija verġni sabiex takkumpanjah fil-passagg għall-ħajja ta’ dejjem filwaqt li osserva mument ta’ silenzju.
Fl-Urbi Et Orbi mit-tieqa tal-Palazz Apostoliku, Papa Franġisku wassal messaġġ ta’ paċi lid-dinja kollha hekk kif aċċenna għall-Gwerra fl-Ukrajna.
Papa Franġisku sostna wkoll li l-esperjenza tal-pandemija tgħallimna li ħadd ma jista’ jsalva waħdu imma bl-għajnuna ta’ xulxin. Bl-istess mod tenna dan il-bżonn li tieqaf il-gwerra hekk kif irrefera għall-karbiet minn madwar id-dinja biex din il-gwerra tieqaf.
Papa Franġisku wkoll sostna li r-riżorsi m’għandhomx imorru għall-gwerra iżda minflok għall-iżvilupp tal-poplu f’diversi settur.
Il-Papa temm id-diskors tal-Angelus tiegħu billi awgura s-sena t-tajba lil kulħadd filwaqt li talab li pubbliku biex iżommuh f’talbhom.