Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. l- Arċisqof Savio Hon Tai-Fai SDB, qara l-messaġġ li kiteb il-Papa Franġisku nhar il-Ħamis għoxrin ta’ Marzu, fejn fih stqarr li jinsab imnikket bil-mewt ta’ l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.
Waqt li bagħat il-kondoljanzi sinċiera kemm lill-Arċisqof Charles Scicluna, lill-familja Dumnikana, lill-familja tiegħu, u l-poplu Malti, Papa Franġisku rringrazzja lil Alla għad-don tal-Arċisqof Cremona u għas-servizz li qeda fedelment fil-Knisja ta’ Malta.