Papa Franġisku se jibgħat lill-Arċisoqf Charles Scicluna fil-Perù sabiex jinvestiga fost l-oħrajn abbużi li saru mill-komunità Sodalitium Christianae Vitae, l-SCV.
Il-fundatur ta’ dan il-grupp ta’ lajċi, tneħħa minħabba diversi abbużi, inkluż fuq minuri.
L-Arċisqof, flimkien ma’ Isqod ieħor Spanjol, se jiltaqa’ mal-vittmi u mat-tmexxija u l-membri tas-SCV.
Barra minn hekk, l-investigazzjoni se tistħarreġ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni finanzjarja.
Wara ż-żjara tagħhom, Monsinjur Scicluna u Monsinjur Bertomeu se jħejju rapport li se jingħata lill-Papa, sabiex jieħu azzjoni li jaħseb li hi denja.