Aħbar tajba għall-kattoliċi, hekk kif il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku qaleb għall-aħjar u mistenni joħroġ mill-isptar nhar is-Sibt li ġej.
Id-Direttur tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Vatikan, Matteo Bruni qal kif Papa Franġisku se jkun qed jiċċelebra l-quddies ta’ Ħadd il-Palm fi Pjazza San Pietru u fil-jiem ta’ wara anke jmexxi l-liturġija tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Bruni saħaq kif ilbieraħ Franġisku għamel kambjament f’saħħtu u filgħaxija kiel pizza flimkien mal-ħaddiema tas-saħħa li ħadu ħsiebu u kkurawh.