Għajnejn bosta llum huma fuq iż-żjara Appostolika ta’ tliet ijiem li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jagħmel fil-Kapitali Ungeriża, Budapest.
Il-midja Internazzjonali qalet kif f’għaxar snin il-Papa dejjem ikkunsidra li jmur f’dan il-pajjiż, imma ntqal kif il-pożizzjoni tal-Prim Ministru fuq l-immigranti kienet li żammitu lura.
Ħafna qed jgħidu li Papa Franġisku, li jgħodd is-86 sena, se iżur l-dan il-pajjiż bi skop, dan hekk kif l-Ungerija tmiss mal-Ukrajna.
Ta’ min ifakkar kif Orban ma tax għajnuna militari lill-Ukrajna u żamm ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Vladimir Putin.
Qabel ma żar l-Islovakja fl-2021, l-Isqof ta’ Ruma kien waqaf l-Ungerija għal ftit sigħat sabiex jiċċelebra quddiesa fl-għeluq il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali.
Iż-żjara qed titqies li se titfa’ dawl sabiħ fuq il-Gvern Ungeriż, li tista’ twassal biex ma tħalliħx iżolat fil-kwistjoni tal-gwerra fl-Ukrajna.