Ftit tal-ħin ilu għadu kemm seħħ argument bejn numru ta’ irġiel waqt l-Irxoxt f’Bormla. Jidher li l-Għid ma kellux x’jaqsam mal-ġlieda. L-argument seħħ fi Pjazza Gavino Gulia f’ Bormla.
L-irġiel bdew jagħtu bis-sieq u bil-ponn quddiem il-każin tal-banda. Tfajla dehret tibki waqt il-ġlieda b’oħrajn provaw iferrquhom. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-argument iżda fil-pjazza inqala’ paniku kbir.
Ritratt: TVM