L-Istati Uniti qed jimxu fid-direzzjoni l-ħażina fejn tidħol il-pandemija, hekk kif qed jibqgħu jiżdiedu l-infezzjonijiet ta’ COVID-19 fost dawk li ma tlaqqmux. Dan qalu Anthony Fauci, l-aktar espert rinomat fil-pajjiż fejn jidħol il-mard infettiv.
Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet Amerikani qed jikkunsidraw jimponu l-użu tal-maskra mill-ġdid, kif ukoll li joffru tilqima oħra lil dawk vulnerabbli.
Fauci, li wkoll il-konsulent mediku ewlien tal-President Joe Biden, iddeskriva s-sitwazzjoni attwali fil-pajjiż bħala ‘pandemija fost dawk mhux imlaqqma’.