Żoo fil-Belġju rċieva rigal liema bħalu meta l-Ħamis li għadda panda ġganteska welldet tewmin rari mmens.
It-tewmin, raġel u mara, għandhom quddiemhom jiem kemxejn kruċjali, stqarr iż-żoo Belġjan Pairi Daiza.
L-omm, li jisimha Hao Hao, ser tkun sorveljata minn membri u carers fi ħdan iż-żoo sabiex jaraw li qiegħda tieħu ħsieb lit-tewmin kif suppost.
Eric Domb, il-President u l-fundatur ta’ Pairi Daiza saħaq li din kienet aħbar ferm sabiħa għal din l-ispeċi straordinarja li sfortunatament għadha mhedda sal-ġurnata tal-lum
Il-wild maskili jiżen 160 gramma filwaqt li l-wild femminili li twieldet sagħtejn wara ħuha, tiżen 150 gramma biss.
Skont il-World Wildlife Fund, għad baqa’ ftit inqas minn elfejn panda fin-natura.
Ritratti: Reuters