Il-prinċipju. Dik hi l-kwistjoni kollha b’rabta mal-aħħar żviluppi f’Panama Papers li raw jitfaċċaw l-ismijiet ta’ biżibilju ta’ esponenti Nazzjonalisti. Fl-aħħar xhur kellna lill-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellmu b’mod aħrax dwar b’min kull mod huwa assoċjat ma’ kont fil-Panama. Korruzzjoni, ħasil ta’ flus u ħabi ta’ miljuni. Dawn kienu d-dikjarazzjonijiet li għamlu Simon Busuttil u sħabu partikolarment taħt il-privileġġ parlamentari.
Issa, jekk għal Simon Busuttil kumpanija l-Panama tfisser biss ħabi u llegalitajiet min jgħin biex din il-kumpanija tinfetaħ xi jkun qed jagħmel? Jekk tgħidli li trid tisraq u nwaslek, mhux ngħinek fis-serqa nkun qiegħed? Jekk trid toqtol u ntik l-arma mhux ngħinek fil-qtil inkun qiegħed?
U hekk ġara b’dawk li Simon Busuttil issa qed jiddefendi bl-iskuża tal-intermedjarji tmur il-Panama jew il-British Virgin Island biex taħbi (jew ta**i) allura min jgħinek tagħmel dan mhuwa xejn għajr kompliċi.
Anzi dawn iġorru piż akbar għax li ma kienx għalihom, kumpaniji hekk ma setgħux jinfetħu.
Issa, se jqumu ħafna mis-servizzi finanzjarji u jgħiduli li mhux il-każ. Bħalma wara kollox bdiet tgħid it-Times of Malta f’daqqa waħda li ħasset li għandha tgħamel ċar li mhux kull minn jissemma f’Panama Papers għamel xi ħaġa llegali. Naqbel magħhom.
Però wara tliet protesti u żewġ mozzjonijiet ta’ sfiduċja lil Simon Busuttil nistgħu niġġudikawh bil-kejl tiegħu. U l-kejl tieħu kien dak li min imiss ma’ dawn il-ġurisdizzjonijiet jagħmel hekk għax kriminal. U min jgħin lill-kriminal mhux kompliċi? Mela Simon Busuttil bil-kejl tiegħek suppost diġa’ għidtilhom “Barra, Barra, Barra.”
https://youtu.be/0orEbkWU_84