Pamela Schembri hija ċ-Chairperson il-ġdid għall-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici stqarr li huwa kunfidenti li l-esperjenza u l-għarfien li għandha fis-settur edukattiv se jgħinuha għall-kariga l-ġdida f’din l-entità.
Huwa rringrazzja lis-Sinjura Elena Borg li kienet qed tokupa din il-kariga, għall-ħidma kollha tagħha.
I congratulate Pamela Schembri for her appointment as the new Chairperson of the Foundation for Educational Services. I am confident that her expertise in education will be an asset to the entity. I thank outgoing Chairperson Elena Borg for her input during her tenure.
— Owen Bonnici (@OwenBonnici) April 28, 2020