It-tarzna ta’ Palumbo tat donazzjoni ta’ 13-il tunnellata tal-oġġetti tal-ikel lill-proġett Food Aid, sabiex itaffi l-pressjoni li qed issib bħalissa, hekk kif żdiedet id-domanda għall-ikel minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Il-President tat-tarzna ta’ Palumbo, Antonio Palumbo qal li minkejja bħalissa huwa żmien diffiċli, din il-kumpanija ħaset li tagħmel din id-donazzjoni sabiex juru solidarjetà ma’ dak vulnerabbli u dawk fil-bżonn.
Il-provista tal-ikel tinkludi fiha 6,240kg għaġin, 9,336 bott piżelli u 4,704 bottijiet tat-tadam, flimkien ma’ prodotti oħra ta’ ikel bażiku.
Dan il-proġett tal-Food Aid twaqqaf mill-Fondazzjoni Foodbank Lifeline f’Marzu li għadda, meta bdiet il-pandemija tal-Coronavirus sabiex tgħin lil dawk il-familji u individwi fil-bżonn.