Raġel ta’ 44 sena imwieled il-Palestina tressaq il-Qorti akkużat li l-bieraħ għal-ħabta tad-disa’ u nofs ta’ filgħodu ħebb u attakka lil raġel ieħor b’arma li jaqta’ jew iniggeż.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati u id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni stqarret minn kameras tas-sigurtà jidher li l-akkużat daħal fil-ħanut ta’ fejn il-vittma jagħmel xogħol ta’ barbier u wara konfrontazzjoni verbali deher jattakkah b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-vittma għadu l-isptar iżda mhux qiegħed f’qagħda kritika.
Il-prosekuzzjoni stqarret li l-imputat għandu għalissa jinżamm arrestat sakemm il-parte civile tkun tista’ tiġi l-Qorti u tixhed. Stqarr ukoll li dan mhux l-ewwel reat ta’ dan it-tip li twettaq mill-imputat.
Il-prosekuzzjoni stqarret ukoll li l-akkużat joqgħod qrib tal-post fejna allegatament seħħ ir-reat.
Wara li semgħet liż-żewġ naħat il-Qorti, ċaħdet il-ħelsien mill-arrest. Dan wara li rat in-natura tal-ewwl imputazzjoni u rat ukoll l-fatt li l-imputat diġa nstab ħati ta’ reati simili fil-passat. Dan mal-fatt li għad trid tixhed il-parte civile li jirriżulta tgħix jew taħdem fil-viċinanzi tar-residenza tal-imputat, hija ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.