Ilbieraħ Malta ingħaqqdet ma’ diversi pajjiżi oħra minn madwar id-dinja biex tfakkar l-Inflammatory Bowel Disease Day, bil-għan li jkun hawn aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni.
Bħala parti mill-inizjattiva ta’ din is-sena lbieraħ, Palazzo Castellania fil-Belt, is-sede tal-Ministeru għas-Saħħa inxtegħel bil-lewn vjola, il-kulur simbolu ma’ din il-kundizzjoni.